Miktub minn Ruth Frendo Illustrat minn Matteo Fantozzi Pubblikatur: Pro. Motion f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Pia hi orfni li tħossha mwarrba minn kulħadd. Flimkien ma’ kuġinuha Sandro, tifel inċert ħafna minnu nnifsu, tiskopri passaġġ sigriet li jeħodhom mid-dar ta’ nannithom sa labirint misterjuż taħt l-art. Qabel ma jidħlu fil-labirint isibu ruħhom f’kantina stramba. Isiru jafu bil-leġġenda lokali dwar l-għoġol tad-deheb, li tirrakkonta kif dan it-teżor – li hu msemmi fil-Bibbja – hu moħbi fil-gżejjer tagħna. Imbagħad isibu mappa tat-teżor. Sadattant Ino, iz-ziju tagħhom, ikun qed jagħmel minn kollox biex iwaqqafhom. Tul l-avventura tagħhom, Pia u Sandro, mhux biss jiffaċċjaw diversi perikli, u forsi anke fantażmi!) imma jiskopru wkoll sigriet antik tal-familja li jista’ jbiddel ħajjet kulħadd.