Awtur: Carmel G. Cauchi mill-antoloġija ta’ novelli ‘Bawxati Oħra ta’ Pietru Pitravu’. Illustratur: Frank Schembri Pubblikatur: Merlin Publishers Ltd. Deskrizzjoni: F’din is-sessjoni niltaqgħu ma’ Gerit, omm Pietru Pitravu, li tieħu l-ħajja mill-paġni tal-ktieb. Wara li tirrakkuntalna parti mill-bawxata ta’ Pietru u l-kalzetti tal-futbol li tah in-nannu Fonz għal għeluq sninu, inkomplu s-sessjoni b’silta ta’ qari min-novella. Nitgħallmu nfasslu mappa tal-istorja bħala strateġija tal-irrakkuntar u fl-attivita’ ta’ wara l-qari nimmaġinaw djalogu bejn Pietru u missieru, li ma jissemmiex fl-istorja. Ħiliet: Smigħ, fehim u kitba.