Il-Partiċipju Passiv Semitiku jissawwar biż-żieda tal-prefiss [m-] filwaqt li l-Partiċipju Passiv Ingliż u Taljan jissawwar biż-żieda tas-suffissi [-ut] [-at] [-it] [-t] u [-ett]. Il-Partiċipju Passiv Femminil jispiċċa bil-vokali [-a] u dak Plural jispiċċa b’xi varjanti bħal [-i] jew [-in].