Kull għamla ta’ Verb Semitiku tnissel Partiċipju Passiv fuq mudelli partikolari għalkemm wieħed jista’ jadatta dak ewlieni MvKKvK. Verb tat-Tieni Forma jiżdiedlu l-prefiss iżda t-tnissil fi ħdan forom oħrajn fihom ċertu tibdil fil-kompożizzjoni tal-ittri għalkemm iżommu l-ordni tal-konsonanti tal-għerq.