Il-Partiċipju Passiv jitnissel minn kull forma verbali. Kull forma tiżviluppa b’mod differenti fejn wara l-preformattiva [m-] ninqdew bil-vokali tal-leħen mill-ħames forma verbali ‘l quddiem. Il-Passiv Morfoloġiku jsir fiż-żieda tal-prefiss [m-] u l-Passiv Sintattiku jibdel l-ordni tal-aġent mal-pazjent u jintużaw il-forom verbali li għandhom tifsira passiva.