Il-Partiċipju Passiv isir bil-prefiss [m-] fuq il-mudell ewlieni MvKKvK. Il-Partiċipju Passiv Maskil jispiċċa bil-konsonanti, dak femminil bil-vokali [a] u fil-plural bis-suffiss [-in].