Il-Partiċipju Attiv jiżviluppa bħala Nom tal-Aġent jew Nom tal-Ħaddiem bħala dik l-entità li dejjem tagħmel l-istess azzjoni bħala xogħol jew abitudni. Dan huwa mod ieħor ta’ proċess fil-preżent li jsir b’mod kontinwu mingħajr punt ta’ wasla.