Storja meħuda mill-ktieb ‘Il-Ħobż Malti’ Miktub minn Pawlu Mizzi Illustrat minn George Apap Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Il-ħobż hu parti mill-ikla ewlenija Maltija. Imma sakemm jasal fuq il-mejda tagħna, hemm ħafna xogħol li jrid isir. F’dan il-proċess hemm ix-xogħol tal-bidwi, tat-taħħan u tal-furnar. Dan il-ktieb hu maħsub biex juri x-xogħol li dawn kollha jagħmlu biex il-qamħa ssir dqiq li jsir ħobż. Ħafna xogħol li ftit jidher. Dan il-ktieb juri l-proċess tradizzjonali ta’ kif isir il-ħobż u, għalkemm illum il-metodu sar aktar industrijali, ix-xogħol involut baqa’ l-istess.