Miktub minn Francesca Cutajar Illustrat minn Zvetlana Magro Pubblikatur: Klabb Kotba Maltin f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Il-ħajja ta’ Griġjo kienet mimlija avventuri, uħud minnhom kemxejn riskjużi. Għalkemm kien qattus tad-dar xorta kien iħobb jiġġerra mat-toroq tar-raħal. Li kieku kien jaf x’kien hemm lest għalih żgur ma kienx joħroġ f’lejlet il-Milied.