Kitba ta’ Carmel G. Cauchi Tpinġijiet ta’ Frank Schembri Pubblikatur: Merlin Publishers bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Għall-ewwel darba jiltaqgħu flimkien fl-istess rumanz: Mastru Gerfex u Betta Trombetta! Mastru Gerfex u Betta Trombetta ma kinux jafu ’l xulxin, imma x-xorti riedet li għal din l-istorja jiltaqgħu u jqattgħu ġimgħa flimkien. F’din l-istorja jidħlu wkoll mart ix-xwejjaħ, in-nanna Lugrezja, u n-neputijiet tagħhom Ivan u Yvette. Niltaqgħu wkoll ma’ Ferfex, il-kelb ta’ Mastru Gerfex, u ma’ Kaspru l-Amerikan, ir-raġel skifuż li dejjem imqabbad max-xwejjaħ Gerfex. Karattru ġdid f’dan il-ktieb huwa Wiggles, il-pappagall ta’ Mastru Gerfex. L-istorja kollha ddur fuq l-internet u aktarx li Wiggles huwa l-iktar wieħed li jifhem f’dan is-suġġett għax, kull meta jissemma xi apparat elettroniku, jaqbeż hu biex ikellimna dwaru.