Poeżija meħuda mill-ktieb Lellux u Peprin Miktub minn Carmel G. Cauchi Illustrat minn Luca Azzopardi Pubblikatur: Horizons f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu Fil-ktieb Lellux u Peprin it-tfal jieħdu gost jaqraw erba’ stejjer sbieħ. F’dawn l-istejjer se jiltaqgħu ma’: · Kannestru frott li ħoloq diskussjoni sħiħa fuq il-mejda tal-kamra tal-ikel, · Kyle li la kien iħobb il-fjuri u lanqas il-friefet u n-naħal, · Miriam li kellha tagħżel ġeru minn fost erba’ ġriewi aħwa, · Xula u Buxu, ħbieb li sabu mod kif jgħinu lil xulxin. Minbarra dawn l-istejjer il-ktieb jġibor fih ukoll erba’ poeżiji ħelwin, miktubin apposta għat-tfal. L-istejjer u l-poeżiji huma miktuba b’Malti ħafif u stil mexxej li jagħtu gost lit-tfal. Carmel G. Cauchi huwa magħruf sew għall-kotba tiegħu għat-tfal, għalkemm huwa jikteb ukoll għall-kbar.