Storja meħuda mill-ktieb ‘Fonzu l-Fenek u Sħabu’ Miktub minn Suzanne Piscopo Illustrat minn Michael Piscopo Pubblikatur: Suzanne Piscopo u Michael Piscopo f’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu u Kite Group Fonzu l-Fenek ma jafx joqgħod bi kwietu. Isajjar, jaqra, u jmur xi dawra bir-rota jew xi mixja fil-kampanja. Fonzu jħobb ukoll jiltaqa’ ma’ sħabu Lola n-Nannakola, Miċu l-Qattus u Benna l-Baqra. Dejjem xi ħaġa differenti u xi sorpriża ma tonqosx.