L-istudenti se jaraw: 1. Meta Ġesu’ ġie mistoqsi dwar min hu ‘il-proxxmu’ tagħna, wieġeb billi rrakkonta l-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb. 2. Din il-parabbola twasslilna l-messaġġ li n-Nisrani huwa fid-dmir li jħobb fuq kollox lil Alla, imma fl-istess ħin huwa fid-dmir li jħobb ukoll lill-proxxmu tiegħu. 3. In-Nisrani huwa fid-dmir li jgħin lill-proxxmu tiegħu mhux biss fl-affarijiet spiritwali imma wkoll fl-affarijiet materjali. 4. Il-proxxmu tagħna mhuwiex biss il-ħbieb tagħna imma anke dawk li nistgħu nikkunsidraw għedewwa tagħna.