Il-Kontenut: • Il-Vġili tal-Għid hija ċ-ċelebrazzjoni li nagħmlu tard flgħaxija lejliet l-Għid. • It-taqsimiet tal-Vġili tal-Għid. • Il-Blandun – simbolu ta’ Kristu, id-dawl veru tagħna. • Fil-quddiesa tal-Għid isiru riti li fihom niċċelebraw il-qawmien mill-mewt ta’ Ġesù. • Fil-bidu tal-quddiesa -l-qassis ibierek in-nar ġdid u minnu jixgħel il-Blandun. • Meta nixegħlu x-xemgħat ta’ xulxin niftakru li Kristu jasal għandna mingħand l-oħrajn u aħna ngħadduh lil ħaddieħor. • Ikun hemm il-kant u l-qari tas-seba’ siltiet mill-Kotba Mqaddsa li huma kollha meħudin mit-Testment il-Qadim. • Waqt li nisimgħu s-seba’ siltiet niftakru kif Alla ħabb lill-poplu Tiegħu matul iż-żminjiet. • Wara kull silta jsir il-kant tas-Salmi. • Inkantaw l-Alleluja u nsegwu l-Evanġelju biex niftakru fil-ġrajja tal-qawmien. • Wara l-Omelija ssir iċ-ċerimonja tas-Sagrament tal-Magħmudija. • Wara li t-trabi jitgħammdu jsir it-tiġdid tal-wegħdiet tal-Magħmudija. • Permezz tal-Ewkaristija aħna nkunu nistgħu nieħdu sehem fit-tqarbin fejn nirċievu lil ġesù ġo fina. • It-tqarbin jista’ jsir kemm bil-ħobż kif ukoll bl-inbid ikkonsagrat. “