Il-Kontenut:
• Il-fidi mibnija fuq id-dawl.
• Ngħixu l-preżenza t’Alla permezz ta’ dan id-dawl.
• Id-dawl jiddi fid-dlam, imma d-dlam ma għelbux. (Ġwanni 1: 5) – Ġesù jirbaħ dejjem.
• Id-dawl huwa simbolu ta’ tama u mħabba.
• L-Eġizzjani kellhom joqogħdu tlett ijiem fid-dlam bħala kastig talli ma ħelsux lill-Poplu Lhudi mill-jasar.
• San Pawl ra dawl qawwi meta kien fit-triq lejn Damasku biex jippersegwita lill-ewlenin Insara.
• Id-dnub idallam il-ħajja tan-Nisrani u l-ħbiberija m’Alla u mal-oħrajn.
• Aħna l-Insara għandna nkunu dawl għall-ġnus kollha.
• Il-blandun hija xemgħa twila li tirrappreżenta lil Ġesù rebbieħ fuq il-mewt.
• In-Nisrani għandu jdawwal il-ħajja tal-oħrajn permezz tas-sabar u tal-ferħ.