L-istudenti: ▪ jiddiskutu u jaraw li l-Kuxjenza qisha GPS ta’ karozza: dak il-leħen li jgħidlek fejn għandek tmur u fejn għandek tasal. Xi kultant dan il-leħen tħossu tedjanti u jdejqek saħansitra titfilu biex issuq fil-kwiet. Biss meta tgħaddi mit-toroq li m’intix midħla tagħhom u tagħżel li ma tobdix dak il-leħen tal-‘GPS’ tissogra li tintilef u mbagħad jiddispjaċik! Hemm diversi interpretazzjonijiet ta’ x’inhi kuxjenza. Hemm min jgħid li hi l-vuċi ta’ Alla fina li tgħidilna x’għandna nagħmlu. Hemm min jgħid li hija sentiment personali li tħoss x’inhu tajjeb u x’inhu ħażin. Hawn min, imbagħad, min-naħa l-oħra, ma jemminx fil-kuxjenza.