Il-Kontenut: • Il-fidi titlobna li nħarsu lejn Alla bħala xi ħadd li hu aqwa minn kull ħaġa oħra. • Id-definizzjoni tal-kelma Reliġjon. • X’kien iħoss il-bniedem primittiv – li kellu bżonn jagħti qima lill-allat; kien jemmen li dawn jistgħu jgħinuh u li kull bniedem mhu xejn mingħajr Alla. • L-Iben t’Alla ġie mibgħut fid-dinja sabiex jgħallimna nħobbu u jsalvana mill-ħażen. • Ġesù għalhekk hu s-Salvatur tagħna li miet għalina biex aħna ngħixu fuq l-eżempju tiegħu u mmorru l-ġenna. • Wara 3 ijiem Ġesù qam rebbieħ fuq il-mewt. • Ġesù tana t-tmien beatitudnijiet bħala ġwida għalina. • It-tieni persuna tat-Trinità Qaddisa hu l-Iben. • Ftit informazzjoni dwar id-differenzi bejn it-tliet fergħat tar-Reliġjon Nisranija. (Ara l-manwal). • L-Ekumeniżmu hu l-moviment biex iressaq eqreb lejn xulxin dawn il-friegħi li lkoll jistqarru l-fidi waħda tagħhom f’Ġesù Kristu. • Il-ġimgħa ta’ Talb għall-Għaqda bejn l-Insara.