1. Nieħdu l-eżempju ta’ żewġ komunitajiet fl-istess raħal (jistgħu jkunu żewġ każini tal-baned) li bejniethom hemm rivalità. X’inhu dak li jifridhom? X’inhu dak li jgħaqqadhom? 2. Ma nistgħux nifirdu r-reliġjon mill-kultura tal-poplu u għalhekk dik li tista’ tidher bħala raġuni reliġjuża għaliex inbeda konflitt, issir waħda politika u ekonomika. 3. Il-ġlieda bejn l-Insara u l-Musulmani – il-Kruċjati. Seħħew bejn l-1095 u l-1291. Kienu gwerer għal-kontroll ta’ Ġerusalemm. Għaż-żewġ reliġjonijiet din il-belt kienet importanti ħafna. 4. L-Anti-semitiżmu – l-Insara tal-bidu tefgħu l-ħtija tal-mewt ta’ Ġesù mhux biss fuq il-mexxejja Lhud imma fuq ir-razza kollha Lhudija. L-Attitudni Nisranija: Ladarba l-iskejjel tagħna qed isiru iktar multikulturali, fejn għandna tfal bi twemmin differenti, naħdmu għall-interess komuni u għall-għaqda.