1. Il-kultura Maltija għandha fiċ-ċentru tagħha l-element reliġjuż. Insibu diversi tagħlim, esperjenzi, valuri, twemmin u drawwiet b’rabta qawwija mar-Reliġjon Nisranija. 2. Mill-miġja ta’ San Pawl lil hawn insibu diversi rakkonti u ġrajjiet li juru r-rabta tal-Malti mar-Reliġjon Nisranija. 3. Minn erbatax-il festa pubblika li għandna, sebgħa minnhom huma b’konnotazzjoni Nisranija: In-Nawfraġju ta’ San Pawl (10 ta’ Frar), San Ġużepp (19 ta’ Marzu), il-Ġimgħa l-Kbira, L-Imnarja (29 ta’ Ġunju), Santa Marija (15 t’Awwissu), il-Vitorja (8 ta’ Settembru) u l-Immakulata Kuniċizzjoni (8 ta’ Diċembru). L-Attitudni Nisranija: Nagħrfu liema attivitajiet kulturali reliġjużi għandna f’pajjiżna biex inkunu nistgħu nipparteċipaw f’xi festa jew attività minnhom.