L-istudenti  jifhmu li Alla tagħna huwa Alla ħaj u li jikkomunika mal-bniedem;  jitgħallmu li din il-komunikazzjoni dehret sa mill-ħolqien tal-bniedem u kompliet tul l-istorja kollha tiegħu u ħa tkompli sakemm jibqa’ l-bniedem fuq wiċċ l-art;  jagħrfu li l-aqwa komunikazzjoni magħna Alla għamilha meta bagħat lil Ibnu fid-dinja.