Bħal ma rajna fiż-żewġ katekeżi preċedenti, abbażi tal-opzjoni definittiva għal Alla jew kontra Alla, il-bniedem isib ruħu quddiem waħda mill-alternattivi: jew jgħix mal-Mulej fil-beatitudni eterna, inkella ‘l bogħod mill-preżenza tiegħu. Għal dawk li jsibu ruħhom f’kundizzjoni ta’ ftuħ għal Alla, imma b’mod imperfett, il-mixja lejn il-beatitudni sħiħa titlob purifikazzjoni li l-fidi tal-Knisja tispjega permezz tad-duttrina tal-“Purgatorju”.