Il-Fidi tagħna tippreżentalna diversi misteri:  Quddiem għajnejna jiġu l-misteru tal-Ewkaristija jiġifieri li Ġesu’ jinsab taħt ix-xbihat tal-Ħobż u tal-Inbid ikkonsagrati, għall-għajxien u l-faraġ ta’ ruħna; il-misteru tal-inkarnazzjoni jiġifieri li Alla jilbes in-natura umana u oħrajn. Tippruvax tifhem iżda emmen. Dan ma jfissirx li allura la ma nistax nifhem inħalli kollox għaddej qisu xejn. Le, anzi infittex li nitgħallem u naqra u nistaqsi, imma rrid nifhimha li hemm limitu sa fejn nasal. Wieħed minn dawn il-misteri huwa l-Eżistenza tat-Trinita’ Mqaddsa.