1. Meta norbtu qalbna ma’ oġġetti jew ma’ ħwejjeġ materjali din l-istess rabta ttellifna l-libertà sħiħa tagħna. 2. Persuna libera tiskopri li tista’ tagħmel li trid, kif, fejn, meta u ma’ min trid imma dejjem b’mod responsabbli għaliha u għal ħaddieħor. 3. Il-bniedem jidħol fi stat ta’ dnub meta b’mod maħsub, deċiż u liberu jisfida jew imur kontra r-rieda ta’ Alla. 4. Id-dnub itellef il-liberta’ lill-bniedem.