1. Minħabba d-dnub, il-bniedem tilef il-grazzja oriġinali li biha kien ġie maħluq minn Alla. 2. Meta l-bniedem jiddeċiedi li jagħżel hu bejn dak li hu tajjeb jew li mhuwiex tajjeb għalih, il-bniedem jissuppervja ma’ Alla u jitbiegħed minnu. 3. Il-konsegwenzi tad-dnub huma t-tbatija, it-taħwid, il-firda u l-mewt. 4. Id-dnub iġib il-firda bejnu u bejn Alla, bejnu u bejn il-bnedmin l-oħra u bejnu u bejn in-natura ta’ madwaru. L-Attitudni Nisranija: Kemm hu tajjeb li meta nonqsu nammetu li nkunu żbaljajna u nsewwu l-firda li nkunu ġibna permezz tad-dnub tagħna.