1. Il-Ġenesi jipprova jagħtina tweġiba għall-ħsibijiet u l-mistoqsijiet dwar minn fejn ġej il-ħażen fiż-żewġ rakkonti tal-ħolqien. 2. Skont il-ħsieb oriġinali ta’ Alla l-bniedem kellu jgħix liberu u mingħajr ebda sens ta’ mistħija. 3. Skont ir-rakkont tal-ħolqien, il-bniedem ġie maħluq f’pożizzjoni speċjali bħala l-quċċata tal-ħolqien. 4. Il-bniedem hu mistieden jikkollabora ma’ Alla fil-ħolqien tiegħu. L-Attitudni Nisranija: Iħossu sens ta’ apprezzament għaliex bħala bnedmin għandhom post speċjali fil-ħolqien. Bħala persuni huma mistednin biex jikkollaboraw ma’ Alla fil-ħolqien tiegħu.