1. L-Ewkaristija tqarribna lejn Ġesù. 2. Is-sejħa tan-Nisrani hi li bħalma kienu l-profeti u nies oħra matul l-istorja tal-Knisja, ikun lapes f’idejn Alla. B’hekk ikunu sagrament fil-kultura tagħhom, fil-ħajja tax-xogħol tagħhom, fis-soċjetà li qed jgħixu fiha. 3. Aħna lkoll ċittadini f’din is-soċjetà imma fuq kollox aħna ċittadini Nsara. 4. Mal-medda tas-snin, l-Insara kontinwament affaċċjaw l-isfidi li kellhom kontriehom mill-kultura ta’ madwarhom u ma beżgħux imorru kontra l-kurrent. Fost dawn in-nies nistgħu nsemmu lil San Tumas More u lill-fundaturi tal-Unjoni Ewropea. L-Attitudni Nisranija: Nuru li aħna Nsara avolja dan jista’ jiswielna ħafna! Ma nibżgħux inkunu differenti minn dawk li jdawruna, sakemm inkunu qegħdin nagħmlu dak li Alla jrid minna.