1. Kull persuna hija differenti u distinta mill-persuni l-oħra. Id-differenza hi fuq livell fiżiku, fil-mod li naħsbuha, u fl-identità tiegħi, fost l-oħrajn. 2. Il-ħajja tiegħi ma’ Alla rrid ngħixha b’mod awtentiku. Trid tkun ħajja, mgħixa mill-qalb u flimkien mal-komunità Nisranija. Ma nistax ngħix ir-reliġjon waħdi. 3. Bħala persuna li ngħix f’komunità jien responsabbli wkoll tal-oħrajn u allura rrid inkun xhud ta’ Kristu. L-Attitudni Nisranija: Nuru dak li nemmnu u r-relazzjoni tagħna ma’ Kristu, meta nkunu ta’ servizz għall-oħrajn.