L-istudenti jiġu konxji mil-lezzjoni ta’ qabel dwar il-Festi Liturġiċi; jiskopru liema huma l-ġrajjiet ewlenin fil-ħajja ta’ Ġesù li aħna l-Insara niċċelebraw matul is-sena; jitgħallmu dwar it-tifsira tagħhom u l-importanza għalina l-Insara; jużaw il-Bibbja biex ifittxu dawn il-ġrajjiet fl-Evanġelju (San Luqa).