

Joanne Mifsud

November 6, 2020

1:51 pm
This Lesson Was Contributed By:
Chantelle Z, Christianne J, Rodianne B. Kindergarten Educators
This Lesson is For:
Lesson Duration:
120 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
Permezz ta' Żina ż-Żunżana, it-tfal jistgħu jesploraw il-ħiliet lingwistiċi, esplorattivi u kreattivi tagħhom. Barra l-opportunitajiet li ser issibu hawn taħt, fir-riżorsi tistgħu ssibu l-Pjan tal-Proġett kollu b'aktar ideat biex tkomplu tiftħu t-tema kif isir fl-'Emergent Curriculum'. Barra minn hekk, mar-riżorsi tistgħu ssibu ukoll preżentazzjoni ta' Powerpoint tax-xogħol t'hawn taħt biex jgħinkom aħjar tifhmu kif tgħallmu lil uliedkom.
How To Carry Out This Lesson At Home:
F’din l-opportunita ta’ tagħlim, it-tfal ser jaraw u jisimgħu l-istorja ta’ Żina iż-Żunżana, grazzi għall-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Ser jaraw d-diversi aspetti dwar iż-żunżana. Hawnhekk it-tfal ser jitgħallmu jużaw tipi differenti ta’ ħiliet marbuta mal-kreattivita’, smigħ u taħdit u joħorġu b’idejat ġodda.
Opportunita’ nru 1: Żina iż-Żunżana: krafts
Ħin: 45 minuta
L-għan: Din l-esperjenza se tgħin lit-tfal jaħsbu, jiżviluppaw il-lingwa, is-smigħ u l-kreattivita’ tagħhom, jitgħallmu l-kuluri u n-numri.
Għandek bżonn:
– kartonċina maqtugħa f ‘ħames forom ta’ żunżana;
– marker/kuluri;
– tipi differenti ta’ affarijiet bħal ‘pompoms’, għaġin miżbugħ (Farfalle), buttuni, blokki,etc
-‘googly eyes’
Ħeġġeġ lit-tifel/tifla biex tipprepara/ jipprepara ftit żebgħa ġo kontenitur. Staqsi x’kuluri ser jużaw għaż-żunżana. It-tfal jibdew jiżbgħu ż-żunżana biż-żebgħa safra. Kif tinxef, jagħmlu sinjali biż-żebgħa sewda. Wara li jinxfu, jistgħu jweħħlu l-‘googly eyes’ għal għajnejn iż-żunżana. Bil-marker, illejbiljaw min-numru wieħed sa ħamsa u tistgħu tibdew il-logħba flimkien. (Araw Stampa Numru 1 fis-sessjoni Resources).
Opportunita’ nru 2: Żina iż-Żunżana: esperiment.
Ħin: 30 minuta
L-għan: Din l-esperjenza se tgħin lit-tfal jaħsbu, jiżviluppaw il-ħiliet tal-osservazzjoni u tal-lingwa. Se jitgħallmu wkoll kliem li jistgħu ikunu ġodda għalihom bħal: densita’,etc.
Bħala ġenitur/gwardjan, ara dan il-filmat sewwa u prepara l-affarijiet li hemm bżonn għal dan l-esperiment:
https://www.youtube.com/watch?v=d3Ts3Hgv398
Għandek bżonn:
– 3 tazzi tal-plastik u tazza tal- ħġieġ;
– Ilma kkulurit;
– Ftit żejt;
– Għasel;
– Biċċa karrottu;
– Tap tal-plastik;
– Munita tal-flus;
– Ballun żgħir.
Hawnhekk l-esperiment ser jibda billi t-tifel/tifla jitfa’/titfa’ fit-tazza tal-ħġieġ il-likwidi, l-għasel l-ewwel, wara l-ilma kkulurit u fl-aħħar iż-żejt. Wara, it-tifel/tifla ser jibda/tibda titlaq l-oġġetti fit-tazza, bil-mod u waħda waħda:il-munita, biċċa karrottu, tap tal-plastik u fl- aħħar il-ballun żgħir. Iddiskuti mat-tifel/tifla x’ikun qed jiġri u għaliex jaħsbu li qed tiġri din il-biċċa tax-xogħol. Tistgħu tippruvaw b’oġġetti oħra, bħal tapp tas-sufra, paper clip, tokka ta’ pinna u boċċa. It-tfal josservaw kull oġġett fejn qed iserraħ fit-tazza u jiddiskutu magħkom għaliex jaħsbu li qed jiġri hekk sakemm toħorġu l-kunċett ta’ densita’.
Opportunita’ nru 3: Insajru flimkien żunżana tal-ikel
Ħin: 45 minuta
L-għan: Din l-esperjenza se tgħin lit-tfal jaħsbu, jiżviluppaw il-lingwa, is-smigħ u l-kreattivita’ tagħhom.
Għandek bżonn:
-banana;
-tuffieħa;
-għeneb;
-sikkina tal-plastik;
-platt tal-plastik/kartun;
– ‘tooth picks’.
Staqsi lit-tifel/tifla biex jiddeskrivu żunżana.
– X’kuluri għandha ż-żunżana?
– Tħobbu l-frott?
– Ħeġġu t-tfal iqattgħu l-frott billi jużaw affarijiet tal-plastik bħal sikkina, etc.
– Tista toħloq iż-żunżana tiegħek bil-frott?
Ibdew billi tqattgħu tuffieħa biex nużawha għall-ġwienaħ taż-żunżana, banana għal wiċċha u għal żaqqha u għandna bżonn l-għeneb għal żaqqha u għajnejha. Għaqqad kollox f’daqqa bit-‘tooth picks’. (Ara Stampa Numru 2 fis-sessjoni tar-Resources)
All The Resources You Need To Carry Out This Lesson At Home



There Are 6 Resources For This Lesson
C5BBina-C5BC-C5BBunC5BCana | Download |
Stampa-1 | Download |
Stampa-2 | Download |
C5BBina-iC5BC-C5BBunzana-Pjan-tal-ProC4A1ett | Download |
PPt-C5BBina-C5BC-C5BBunC5BCana | Download |
Rakkomandazzjonijiet-gC4A7all-C4A1enituri-jew-gwardjani | Download |