What Should You Expect From This Lesson?

Illum se naraw kif Xmun minn Ċirene għen lil Ġesù fit-triq tiegħu biex imut għalina. Huwa għenu bil-qalb kollha. Hekk, għalkemm Ġesù kien qiegħed ibati, imma ma kienx qiegħed iġorr is-salib. Naraw ukoll kemm hi xi ħaġa sabiħa li ngħinu lil xulxin.

How To Carry Out This Lesson At Home:

1. Ma’ min jieħu ħsiebek, wieġeb din il-mistoqsija: Inti kif tħossok meta xi ħadd jgħinek?
2. Fil-lezzjoni ta’ qabel semmejna xi personaġġi li ħadu sehem fil-ġrajja tal-Passjoni ta’ Ġesù. Tiftakar xi tlieta minnhom?
3. Illum se naraw minn kien Xmun iċ-Ċirinew. Dan kien minn post jgħidulu Ċirene.
4. Iltaqa’ ma’ Kristu b’kumbinazzjoni! Kien qiegħed jirritorna d-dar mill-għalqa tiegħu u s-suldati ġegħluh jerfa’ s-salib ta’ Kristu.
5. Aħseb ftit: Kif taħseb li ħassu Xmun dak il-ħin? Żgur li qatt ma stennieha biċċa xogħol bħal din. Ma kinitx biċċa xogħol ħafifa li tgħin lil xi ħadd li kien ikkundannat għall-mewt billi terfagħlu s-salib.
6. Semmi kwalità tajba li kellu dan Xmun.
7. Issa ibda aħdem il-worksheet 6.3 mill-ktieb. Aqra s-sentenza tal-bidu u aħdem Attività 1.
8. Imbagħad, f’Attività 2, immarka l-istampi li jmorru ma’ din l-istorja.
9. Iddiskuti Attività 3 ma’ min jieħu ħsiebek u ara kemm hu sabiħ li ngħinu lil xulxin.
10. Issa ara l-klipp tal-kanzunetta li turina kemm hu sabiħ li ngħinu lil xulxin.