

Brian Chircop

April 28, 2020

10:46 am
This Lesson Was Contributed By:
Brian Chircop
This Lesson is For:
Lesson Duration:
40 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
X inhu Wirt Kulturali?
How To Carry Out This Lesson At Home:
Suġġett: Studju Soċjali
Topik: Wirt Kulturali Malti
Lezzjoni numru: 1 – Introduzzjoni
Year 9
Introduzzjoni:
Aqraw l-oġġettivi ta’ din il-lezzjoni
Fl-istampi tar-raba’ slajd żommu f’moħħkom dawn il-mistoqsijiet:
– X’qed tara f’dawn l-istampi?
– Fejn taħseb li ttieħdu dawn l-istampi?
– X’taħseb li jirrapreżentaw dawn l-istampi kollha f’daqqa?
Kontenut:
– X’nifhmu bil-kelma kultura? (aħseb ftit: x’jiġi f’moħħok meta taħseb fil-kelma kultura?) – Fuq karta separata niżżel ftit kliem jew punti li jiġu f’moħħok meta taħseb fuq din il-kelma.
– Fl-islajd ta’ wara ħa ssib definizzjonijiet dettaljati ta’ kultura, ħa tara daqsxejn il-punti li ktibt int fuq il-karta separata humiex simili ta’ li hemm miktub.
Slajd 7 – f’din l-islajd ħa tħares lejn kull stampa u tipprova tagħraf x’qed turi kull stampa. (Jekk tmur slajd lura u tħares lejn waħda mid-definizzjonijiet ta’ kultura ħa tgħinek tagħraf x’qed turi l-istampa).
Eżempju stampa numru wieħed: qed turi r-Reliġjonijiet differenti; dan għaliex ir-Religjon huwa t-twemmin li wieħed jista’ jakkwista bħala membru tas-Socjetà.
F’li jmiss ħa naraw li l-kultura tiġi trasmessa minn ġenerazzjoni għall-oħra permezz tas-Soċjalizzazzjoni – proċess ta’ tagħlim tal-individwu.
Attivita żgħira: Ħa taħseb ftit fuq aspetti jew avvenimenti li jibnu kultura fis-soċjetà. – Ikteb x’taħseb int fuq l-istess karta li kont qed tuża fil-bidu.
Issa qabbel li ktibt int ma’ dawk li hemm fl-islajd. Jekk hemm xi aspetti jew avvenimenti li huma differenti ma jfissirx li dawn huma ħżiena, dan għaliex hemm diversi aspetti u avvenimenti, mhux li ktibt jiena biss. Tista’ jekk trid taqsam dawn l-aspetti u/jew avvenimenti bħala kummenti hawn taħt!
Grazzi u nisperraw li kont t’għajnuna!
Nicole Falzon