What Should You Expect From This Lesson?

Social Studies (Geography) - Year 5: Ġ5.1: It-Turiżmu u x-Xogħol. Nifhmu għaliex it-turiżmu huwa importanti għal pajjiżna; il-postijiet tax-xogħol relatati direttament mat-turiżmu (gwidi, aġenziji tal-ivvjaġġar) u dawk relatati indirettament mat-turiżmu (sajd, biedja, servizzi). Nesploraw modi kif l-istudenti nfushom jistgħu jgħinu lill-industrija tat-turiżmu.

How To Carry Out This Lesson At Home:

L-Industrija tat-Turiżmu fil-Gżejjer Maltin.

a) Aħseb / fittex / iddiskuti: Niddiskutu għaliex it-turiżmu huwa importanti għalina l-Maltin :

• importanza – insemmu modi kif meta jiġu t-turisti, dawn ikunu ta’ ġid għalina l-Maltin u l-Għawdxin, eż. jonfqu l-flus hawn, jinħolqu iktar impjiegi (jobs), eċċ..
• minn fejn jiġu – nagħmlu riċerka ħafifa biex niskopru minn liema pajjiżi jiġu l-iktar turisti.
• mpjiegi marbuta direttament mat-turiżmu – insemmu diversi xogħlijiet li jsiru fil-lukandi u r-ristoranti, bħal gwidi, xufiera tat-taxis u l-kowċis.
• mpjiegi marbuta indirettament mat-turiżmu – ħaddiema tal-banek, bdiewa li jkabbru prodotti għar-ristoranti, mastrudaxxi li jsewwu l- għamara tal-lukandi,  bajjada li jagħmlu xogħol ta’ munutenzjoni fil-lukandi u flettijiet mikrija lit-turisti, sidien ta’ flettijiet li jikru l-propjetajiet tagħhom lit-turisti.

b) Aħdem progett żgħir, ta’ bejn 250 u 300 kelma u bl-istampi, dwar wieħed minn dawn it-topiks li ġejjin:

1. NITGĦALLMU DWAR IT TURIŻMU PERMEZZ TA’ INTERVISTA – Intervista ma’ xi ħadd (jista’ jkun tal familja) li jaqla’ x’jiekol permezz tat turiżmu. Staqsih jew staqsiha kif jaħdem mat-turisti, meta jaħdem l-iktar (l-istaġuni meta jiġu l-iktar turisti), jekk studjax biex ikun jista’ jagħmel dak ix xogħol, jekk jaħdimx full time jew part time mat-turisti, eċċ.

2. IL BLIET QODMA U T-TURIŻMU – Agħżel belt waħda mill-Imdina, il-Birgu jew iċ Ċittadella u għid kif din qiegħda tkun ta’ benefiċċju għall ħaddiema Maltin li jaqilgħu x’jieklu permezz tat-turiżmu. Agħmel is-suġġerimenti tiegħek dwar xi tibdil li tixtieq tara jseħħ f’din il-belt biex tkun tista’ tilqa’ u tieħu ħsieb it-turisti aħjar .

3. KIF NISTGĦU NĦAJRU IKTAR TURISTI JŻURU L-GŻEJJER MALTIN – Aħdem programm biex tħajjar iktar turisti jżuru l-Gżejjer Maltin. Fost affarijiet oħra oħloq poster u ikteb dwar il-postijiet interessanti li jistgħu jżuru t-turisti. Għid għaliex għandhom jiġu Malta għall-btala tagħhom.

4. GĦALFEJN JIĠU T-TURISTI? – Aħdem proġett fejn tagħti raġunijiet għala bosta turisti jiġu Malta. Għid kif aħna l-Maltin nistgħu nħajru iktar turisti biex jiġu Malta. Agħti eżempji konkreti ta’ kif għandha tkun l-imġiba tagħna mat-turisti. Agħmel enfasi fuq dak li nistgħu nagħmlu aħna l istudenti mhux dak li jista’ jagħmel ħaddieħor. Tista’ ssebbaħ il-proġett permezz ta’ ritratti u illustrazzjonijiet (diagrams) rilevanti.

Ma’ din il-lezzjoni għandek xi stampi li tista’ tinkludi f’dawn i-proġetti, imma inti tista’ tista’ ssib ħafna aktar stampi tajbin online.