What Should You Expect From This Lesson?

It-tfal se jitħarrġu fil-ħila tas-smigħ billi jisimgħu silta u wara jwieġbu mistoqsijiet dwarha.

How To Carry Out This Lesson At Home:

1. Qassam kopja tal-karta tat-taħriġ bl-isem L-Għasafar.
2. Għid lit-tfal li jistgħu jaqraw il-mistoqsijiet iżda ma jiktbu xejn.
3. Għid lit-tfal li se jisimgħu silta rrekordjata u li jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet waqt li qed jisimgħu din is-silta.
4. Wara li t-tfal jisimgħu s-silta, agħti ftit ċans ħalli jkomplu jwieġbu l-mistoqsijiet.
5. Għid lit-tfal li se jerġgħu jisimgħu s-silta għat-tieni darba waqt li jwieġbu xi mistoqsijiet li jkunu ħallew barra.
6. Wara kkoreġi r-risposti tal-istudenti.

Ikklikkja hawn għas-silta rrekordajta u l-mistoqsijiet.
Għal aktar riżorsi żur: malti.skola.edu.mt