What Should You Expect From This Lesson?

F’din il-lezzjoni se nuża mapep differenti tal-Amerka ta’ Fuq biex nagħraf fattizzi umani u fiżiċi, se nuża t-tmien ponot tal-boxxla biex nseġwi direzzjonijiet, inkejjel distanzi dritti u nimmarka postijiet fuq il-mappa bl-użu tal-latitudni u l-lonġitudni.

How To Carry Out This Lesson At Home:

L-iskop ta’ din il-lezzjoni huwa li nitgħallem nuża u naqra mapep differenti u mhux li nitgħallem ħafna ismijiet bl-amment. Ix-xogħol kollu li se nagħmlu se jkun bl-użu tal-mapep li nsibu fit-taqsima tar-riżorsi.

Ara dawn iż-żewġ filmati li juruna liema huma l-pajjiżi kollha li jinsabu fl-Amerka ta’ Fuq.

Kif naraw b’kollox hemm 23 pajjiż u l-kontinent jinsab fl-emisfera tat-Tramuntana (Northernn Hemisphere) jiġifieri ‘l fuq mill-Ekwatur. Huwa t-tliet l-akbar kontinent u l-akbar pajjiż fih huwa l-Kanada li huwa kbir kważi daqs iċ-Ċina. L-akbar belt hija Mexico City, il-belt kapitali tal-Messiku. L-iżgħar pajjiż fl-Amerika ta’ Fuq huwa St Kitts and Nevis li hija gżira fil-Baħar Karibew. F’dan il-kontinent insibu katina kbira ta’ muntanji, għadajjar kbar, vulkani, deżerti, foresti u xmajjar kbar.

Ara dawn iż-żewġ filmati.

Taħriġ 1

Issa uża l-mapep li ssib fit-taqsima tar-riżorsi biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet. Il-mappa bl-isem ta’ Mappa Fiżika taf tkun t’għajnuna f’dan it-taħriġ. Wieġeb il-mistoqsijiet.

• X’jismu l-pajjiż li jmiss mal-Messiku u l-Kanada?
• X’jisimha l-akbar gżira fl-Amerka ta’ Fuq?
• Ta’ min hi l-akbar gżira fl-Amerka ta’ Fuq? Agħżel minn: Kanada, Messiku, Danimarka, Alaska.
• Semmi gżira kbira li tinsab fil-Baħar Karibew (Caribbean Sea).
• X’jismu l-oċean li jinsab fil-punent tal-Amerka ta’ Fuq?
• X’jisimha l-katina kbira ta’ muntanji li tinsab fil-punent tal-Amerka ta’ Fuq?
• B’liema baħar tinsab mdawwra l-gżira tal-Ġamajka?
• Ma’ liema pajjiżi jmiss il-Messiku?
• Ma’ liema pajjiż tagħmel l-Alaska?
• X’jisimha l-Bajja l-kbira li tinsab fil-Kanada?
• Liema pajjiżi m’għandhomx il-kosta tagħhom tmiss mal-Golf tal-Messiku? (Agħżel minn: il-Messiku, il-Kanada, l-Istati Uniti, Greenland, il-Gwatemala).

Taħriġ 2

Bl-għajnuna tal-mappa li ġġib l-isem Mappa Fiżika 2, immarka dawn il-postijiet.
Agħmel kopja tal-mappa li ġġib l-isem Mappa Vojta tal-Amerka ta’ Fuq. Issa mmarka dan li ġej.

• L-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kanada u l-Messiku
• L-Alaska u taħtha ikteb (USA)
• Greenland u taħtha ikteb Danimarka
• L-Oċean Paċifiku, Atlantiku u Artiku
• Il-Baħar Karibew, Labrador u Beaufort
• Il-Golf tal-Messiku
• Il-Bajja ta’ Hudson
• Il-Muntanji Rocky (Rocky Mountains)
• Il-Gżira ta’ Kuba
• Il-Panama
• L-għadajjar li jġibu l-isem Great Lakes
• Ix-xmara Mississippi

Taħriġ 3

Uża d-disinn tal-boxxla li jinsab fit-taqsima tar-riżorsi u l-mappa li ġġib l-isem Mappa Fiżika 2 biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet.
Immaġina li tinsab fil-belt ta’ Washington DC fl-Istati Uniti tal-Amerka

• F’liema direzzjoni jinsabu l-Great Lakes?
• F’liema direzzjoni tinsab il-belt ta’ Nuuk fi Greenland?
• F’liema direzzjoni tinsab il-belt ta’ Havana f’Kuba?
• F’liema direzzjoni tinsab il-belt ta’ San Francisco?
• F’liema direzzjoni tinsab il- belt ta’ Mexico City?

Taħriġ 4

Uża l-iskala lineari li hemm fuq il-mappa li ġġib l-isem Mappa Fiżika 2 biex tkejjel kemm hemm bogħod bejn:

• Ottawa fil-Kanada sa Washington DC fl-Istati Uniti.
• Nuuk fi Greenland sa Reykjavik fl-Islanda.
• Los Angeles sa San Francesco fl-Istati Uniti.
• il-belt ta’ Mexico City sa Havana f’Kuba.
Jekk insejt kif tkejjel bl-użu tal-iskala lineari ara dan il-filmat.

Taħriġ 5

Bl-għajnuna tal-mappa li ġġib l-isem Mappa tal-Amerka ta’ Fuq sib fejn jinsabu:

• iċ-Ċirku Artiku
• it-Tropiku ta’ Kankru

Immarka u semmi dawn iż-żewġ linji fuq il-mappa li ġġib l-isem Mappa Vojta tal-Amerka ta’ Fuq.
Ara dan il-filmat li juri b’mod ċar kif għandek tuża dawn il-linji immaġinarji.

Uża l-latitudni u l-lonġitudni mmarkati fuq l-istess mappa biex twieġeb dawn il-mistoqsjiet.

• Semmi żewġ pajjiżi li jinsabu fuq latitudni 20ºT (20ºN)
• X’jismu l-pajjiż li jinsab bejn latitudni 30ºT (30ºN) u 40ºT (40ºN)?
• Semmi pajjiż li jinsab fuq latitudni 70ºT (70ºN)

• Mil-liema pajjiż jgħaddi lonġitudni 130ºP (130ºW)?
• Semmi tliet pajjiżi li jinsabu fuq lonġitudni 100ºP (100ºW).

Immarka fuq il-mappa b’dawn l-ittri l-post fejn jiltaqgħu dawn il-latitudni u l-lonġitudni.

A = 20ºT (N) 70ºP (W)
B = 50ºT (N) 70ºP (W)
C = 30ºT (N) 110ºP (W)
D = 50ºT (N) 140ºP (W)