Edward Gilson
April 20, 2020
12:19 pm
This Lesson Was Contributed By:
Geography Department
This Lesson is For:
Lesson Duration:
80 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
F’din il-lezzjoni se nuża mapep differenti tal-Amerka t’Isfel biex nagħraf fattizzi umani u fiżiċi, se nuża t-tmien ponot tal-boxxla biex nseġwi direzzjonijiet, inkejjel distanzi dritti u nimmarka postijiet fuq il-mappa bl-użu tal-latitudni u l-lonġitudni.
How To Carry Out This Lesson At Home:
L-iskop ta’ din il-lezzjoni huwa li nitgħallem nuża u naqra mapep differenti u mhux li nitgħallem ħafna ismijiet bl-amment. Ix-xogħol kollu li se nagħmlu se jkun bl-użu tal-mapep li nsibu fit-taqsima tar-riżorsi.
Ara dawn iż-żewġ videos li juruna liema huma l-pajjiżi kollha li jinsabu fl-Amerka t’Isfel. Kif naraw b’kollox hemm 13-il pajjiż u l-maġġorparti tal-kontinent jinsab fl-emisfera tan-Nofsinhar (Southern Hemisphere) jiġifieri ‘l isfel mill-Ekwatur. F’dan il-kontinent insibu katina kbira ta’ muntanji, vulkani, deżerti, foresti u xmajjar kbar.
Ara dawn iż-żewġ filmati.
Issa uża l-mapep li ssib fit-taqsima tar-riżorsi biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet. Il-mappa bl-isem ta’ Mappa tal-Pajjiżi Amerka t’Isfel taf tkun t’għajnuna.
a. Ikteb l-isem tal-pajjiż jew gżejjer.
• L-akbar pajjiż fl-Amerka t’Isfel.
• Pajjiż fl-Amerka t’Isfel li ma jmissx mal-baħar.
• Pajjiż li jmiss mal-Veneżuela u s-Suriname.
• Pajjiż li għandu l-akbar kosta fl-Oċean Paċifiku.
• Pajjiż li linja tal-Ekwatur tgħaddi minn fuqu.
• Gżejjer li jinsabu fl-Oċean Atlantiku.
• Pajjiż fl-Amerka t’Isfel li jinsab ‘l fuq mill-Ekwatur.
• L-Iżgħar pajjiż fl-Amerka t’Isfel.
• Pajjiż li għandu fruntiera mal-Perù u l-Kolombja.
• Pajjiż li għandu l-itwal kosta fl-Oċean Atlantiku.
b. Uża l-mapep Mappa Fiżika u l-Mappa tal-Pajjiżi biex kompli dawn is-sentenzi.
• Fil-punent tal-Amerka t’Isfel insibu katina twila ta’ muntanji li ġġib l-isem …………………………………… .
• L-ogħla muntanja fosthom hija ………………………………….. u hija għolja …………………………………… metru. Din il-muntanja tinsab fil-pajjiż li jġib l-isem …………………………………… .
c. Wieġeb billi tuża l-istess żewġ mapep.
• F’liema żewġ pajjiżi jinsab id-Deżert ta’ Atakama?
• X’jisimha l-itwal xmara tal-Amerka t’Isfel?
• Semmi xmara oħra li tinsab fl-Amerka t’Isfel.
• F’liema baħar tferra’ l-ilma tagħha x-Xmara Amazon?
• F’liema pajjiż l-aktar li tinsab ix-Xmara Amazon?
• F’liema pajjiż tinsab l-Għadira Titikaka?
• F’liema pajjiż jinsabu l-Pampas?
d. Uża d-disinn tal-boxxla li jinsab fit-taqsima tar-riżorsi biex twieġeb dawn il-mistoqsijiet.
Immaġina li qiegħed fuq l-ogħla muntanja tal-Amerka t’Isfel, il-muntanja Aconcagua.
• F’liema direzzjoni jiġu l-Gżejjer Falkland?
• F’liema direzzjoni jiġu l-Gżejjer Galapagos?
• F’liema direzzjoni tiġi l-bokka (fejn tispiċċa) tax- Xmara Amazon?
• F’liema direzzjoni tiġi l-bokka tax-Xmara Parana?
• F’liema direzzjoni tiġi l-Għadira Titikaka?
e. Uża l-iskala lineari li hemm fuq il-mappa li ġġib l-isem Mappa tal-pajjiżi biex tkejjel kemm hemm bogħod bejn:
• il-Gżejjer Galapagos u l-eqreb art fl-Ekwador
• il-Gżejjer Falkland u l-ponta t’Isfel tal-Amerka t’Iskel
• il-Gżejjer ta’ South Georgia u l-Gżejjer Falkland.
Jekk insejt kif tkejjel bl-użu tal-iskala lineari ara dan il-video.
Il-mappa tal-Pajjiżi tal-Amerka t’Isfel hi maqsuma b’ħafna linji vertikali u orizzontali. Il-linji orrizzintali jissejħu latitudni u dawk vertikali huma l-lonġitudni. Dawn jgħinuna biex nidentifikaw bl-eżatt il-pożizzjoni ta’ post. Ara dan il-video li juri b’mod ċar kif għandek tuża dawn il-linji immaġinarji.
Issa uża l-mappa biex twieġeb.
• Il-latitudni 50ºNofsinhar (50º South) jgħaddi minn fuq żewġ pajjiżi fl-Amerka t’Isfel. Liema huma?
• Semmi żewġ pajjiżi li l-lonġitudni 60º Punent (60º West) jgħaddi minn fuqhom.
• Il-protezzjoni ċivili rċeviet sejħa għall-għajnuna minn ajruplan qabel dan iġġarraf fil-baħar. Il-pilota rnexxielu jagħti l-pożizzjoni eżatta fejn kien, 40º Nofsinhar u 80º Punent (40º South 80º West). Immarka fuq il-mappa fejn iġġarraf l-ajruplan.
All The Resources You Need To Carry Out This Lesson At Home
There Are 6 Resources For This Lesson
south-Amerika-Main-1 | Download |
Mappa-tal-PajjiC5BCi-Amerka-tIsfel-1 | Download |
Mappa-FiC5BCika-L-Amerka-tIsfel-1 | Download |
Mappa-FiC5BCika-2-L-Amerka-tIsfel-1 | Download |
Mappa-Politika-1-L-Amerka-tIsfel-1 | Download |
warda-tar-rih-1 | Download |