What Should You Expect From This Lesson?

Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti kollha (studenti u adulti li qed jikkumpanjawhom) ser jingħataw l-opportunità li jieqfu, jirrifflettu, japprezzaw u jikbru fis-sens ta’ gratitudni lejn in-natura u dak kollu li hu maħluq.

How To Carry Out This Lesson At Home:

  1. Ibda billi tieqaf u ħu gost ara dan il-vidjo li jagħti ħarsa lejn is-sbuħija tan-natura.
    What A Wonderful World With David Attenborough BBC One with subtitles
  2. Ħu ftit ħin biex taħseb dwar xi ħaġa ħajja/kreatura li togħġbok l-aktar fin-natura. Jistgħu jkunu s-siġar twal, il-baħar imqalleb, is-sħana tax-xemx, annimal b’saħħtu jew xi kreatura meraviljuża.
  3. Issa bl-għajnuna ta’ adult, aqta’ ċrieki tondi tad-dudu tal-ħarir mill-qafas provdut aktar ‘l isfel.Tkun idea sabiħa jekk tagħmel din flimkien ma’ oħrajn li jgħixu miegħek fl-istess dar, forsi ħutek jew xi ħaddieħor kbir.
  4. Ħu ċirku u fuqu pinġi dik il-ħaġa jew dik il-kreatura li togħġbok fin-natura.
  5. Issa ħu ftit ħin biex taħseb, tgħid u tikteb talba ta’ ringrazzjament lil Alla għal dak li jogħġbok fin-natura. Eżempju:- Grazzi Alla tas-sħana tax-xemx mhux biss talli ttejjeb il-burdata tagħna iżda ukoll għax tfakkarna li inti qiegħed dejjem hemm għalina.
  6. Issa, jekk hemm xi membri oħra qed jagħmlu din l-attività miegħek, tistgħu’ tiddiskutu flimkien l-affarijiet differenti li qed tirringrazzjaw lil Alla għalihom.Hija ħaġa sabiħa li naqsmu ma’ xulxin dak li napprezzaw fin-natura u l-għala, filwaqt li nsiru nafu aktar lil xulxin.
    Jekk m’hemm ħadd li jista’ jagħmel din l-attività miegħek bħalissa, sib ħin darba oħra u saqsi lil xi ħadd li jgħix miegħek fl-istess dar x’jogħġobhom fin-natura. B’hekk issiru tafu kull wieħed minkom x’iħobb u jkun punt ta’ tluq biex tibnu konversazzjoni pożittiva. Tista’ tistedinhom ukoll biex darba oħra taraw flimkien il-vidjo indikat fin-numru 1.
  7. Finalment, tista’ ġġib biċċa kartonċina u twaħħal ras id-dudu tal-ħarir. Il-qafas tagħha ssibha aktar ‘l isfel fl-upload. Imbagħad, waħħal iċ-ċirku tiegħek flimkien maċ-ċrieki l-oħra tal-membri tal-familja tiegħek mal-kumplament taċ-ċrieki biex tifforma dudu tal-ħarir.
  8. Agħmel il-kartonċina x’imkien fejn taraha biex tfakkrek fis-sbuħija tan-natura u li trid tieħu ħsiebha.

Il-vidjo bl-isem ‘Napprezzaw in-Natura’ jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.
F’din il-paġna hawn ir-riżorsi li għandek bżonn.