

Silvana Cardona

April 28, 2020

10:26 pm
This Lesson Was Contributed By:
Silvana Cardona
This Lesson is For:
Lesson Duration:
40 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti kollha (studenti u adulti li qed jikkumpanjawhom) ser jingħataw l-opportunità li jieqfu, jirrifflettu, japprezzaw u jikbru fis-sens ta’ gratitudni lejn in-natura u dak kollu li hu maħluq.
How To Carry Out This Lesson At Home:
- Ibda billi tieqaf u ħu gost ara dan il-vidjo li jagħti ħarsa lejn is-sbuħija tan-natura.
What A Wonderful World With David Attenborough BBC One - Ħu ftit ħin biex taħseb dwar xi ħaġa ħajja/kreatura li togħġbok l-aktar fin-natura. Jistgħu jkunu s-siġar twal, il-baħar imqalleb, is-sħana tax-xemx, annimal b’saħħtu jew xi kreatura meraviljuża.
- Issa bl-għajnuna ta’ adult, aqta’ ċrieki tondi tad-dudu tal-ħarir mill-qafas provdut aktar ‘l isfel.Tkun idea sabiħa jekk tagħmel din flimkien ma’ oħrajn li jgħixu miegħek fl-istess dar, forsi ħutek jew xi ħaddieħor kbir.
- Ħu ċirku u fuqu pinġi dik il-ħaġa jew dik il-kreatura li togħġbok fin-natura.
- Tista’ ukoll tgħid u tikteb talba ta’ ringrazzjament lil Alla għal dak li jogħġbok fin-natura.Eżempju:- Grazzi Alla tas-sħana tax-xemx għax biha jikbru l-pjanti u tipprovdina bil-vitamina D u nħossuna aktar kuntenti.
- Issa tista’ tiddiskutu flimkien dawk l-affarijiet li għalihom irringrazzjajt lil Alla. Hija ħaġa sabiħa li naqsmu ma’ xulxin dak li napprezzaw fin-natura u l-għala, filwaqt li nsiru nafu aktar lil xulxin.
- Finalment, tista’ ġġib biċċa kartonċina u twaħħal ras id-dudu tal-ħarir. Il-qafas tagħha ssibha mar-riżorsi li tista’ tniżżel. Imbagħad, waħħal iċ-ċirku tiegħek mal-kumplament taċ-ċrieki biex tifforma dudu tal-ħarir.
- Agħmel il-kartonċina x’imkien fejn taraha biex tfakkrek fis-sbuħija tan-natura u li trid tieħu ħsiebha.
Il-vidjo bl-isem ‘Napprezzaw in-Natura’ jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.
F’din il-paġna hawn ir-riżorsi li għandek bżonn.
All The Resources You Need To Carry Out This Lesson At Home



There Are 6 Resources For This Lesson
dudu-scaled-2 | Download |
appreciating-nature-caterpillar-template-with-face-1 | Download |
appreciating-nature-caterpillar-template-body-1 | Download |
appreciating-nature-poster-2-scaled-2 | Download |
appreciating-nature-poster-3-scaled-2 | Download |
Appreciating-Nature-mt-1 | Download |