

Kathleen Bonello

April 27, 2020

12:39 am
This Lesson Was Contributed By:
Kathleen Bonello
This Lesson is For:
Lesson Duration:
45 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
F’din il-lezzjoni ser nitgħallmu kemm hi ħaġa sabiħa li nħobbu dejjem! Ser naraw kif Ġesù baqa’ jħobb lil Ġuda sal-aħħar u pprova jgħinu jibdel ħajtu imma Ġuda ma riedx jaf. Ser naraw ukoll x’jiġri meta persuna titkellem bla ma taħseb, kif għamel Pietru. Pietru ċaħad lil Ġesù għaliex tkellem bla ma ħaseb.
How To Carry Out This Lesson At Home:
1. Ibda l-lezzjoni tallum billi trodd is-salib.
2. Iddiskuti ma’ min jieħu ħsiebek xi tfissser li tkun bil-għaqal. Tiftakar xi drabi meta kont bil-għaqal?
3. Iddiskuti: Lil Ġesù kien bil-għaqal u kien iħoss tassew. Tiftakar meta wriena dan?
4. Issaq aqra dan li ġej: Meta Ġesù kien għajjien, imma xorta qal lill-Appostli biex iħallu lit-tfal imorru għandu. Meta Ġesù kien hemm il-folla tisimgħu u ma kellhomx x’jieklu, għamel il-miraklu tal-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet. Ġesù wriena li jħobb u li jaħfer għaliex ħafer lill-ħalliel it-tajjeb minn fuq is-salib. Meta baqa’ jħobb lil Ġuda anki meta kien jaf li ħa jittradieh.
5. Hawnhekk tista tara video li jirrakkonta meta Ġesù għamel l-Aħħar Ċena mal-Appostli fl-ewwel parti tal-Vanġelu ta’ San Mattew, Kap 26.
6. Tista’ tara wkoll il-ġrajja meta Ġesù għamel l-Aħħar Ċena mal-Appostli. Din bl-Ingliż. 7. Aqra: Min jagħmel ikla mal-ħbieb tagħha jkun qiegħed jurihom kemm iħobbhom. Għalhekk, Ġesù għamel ikla lill-appostli għax dawn kienu ħbiebu. Fosthom kien hemm Ġuda li ttradih u anke Pietru li qal li ma kienx jafu.
8. Issa tista’ tara wkoll il-klipp ta’ meta Pietru ċaħad lil Ġesù ħalli tkun taf eżattament x’ġara. Tinduna li Pietru żbalja għaliex ma ħasibx qabel tkellem – Matthew 26, Judas Betrays Jesus and Peter Denies Him.
9. Issa sib worksheet li għandek hawnhekk.
10. Aqra s-sentenza tal-bidu.
11. Iddiskuti ftit ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek jew ma’ ħutek l-istampi ta’ Attivita 1 u mbagħad agħżel is-sentenzi li jmorru mal-istampi.
12. F’Attività 2, aħseb ftit u għaqqad il-biċċiet tas-sentenzi flimkien. Għandek waħda lesta biex tgħinek.
13. Aħseb ftit u ddiskuti ma’ ta’ madwarek x’jiġri meta inti ma tqisx dak li tagħmel u dak li tgħid. Dan ikun ifisser li xi ħadd ħa jweġġa’ b’dak li tkun għidt jew għamilt. Aħseb, allura x’tixtieq titlob lil Ġesù biex jgħinek tagħmel dak li hu tajjeb ħalli dejjem taħseb qabel ma tagħmel xi ħaġa.
14. Tista’ tispiċċa din il-lezzjoni billi tgħid din it-talba: Grazzi Mulej Ġesù ta’ dawn l-eżempji sbieħ li inti tajtna. Nixtieq li dejjem inkun bħalek u nfittex li nagħmel is-sewwa u ħafna affarijiet tajbin.
15. Issa ara dan il-video clip u kanta Jesus loves me.