What Should You Expect From This Lesson?

1. Bħalma ż-żerriegħa għandha bżonn il-ħamrija, l-ilma u x-xemx biex tikber fi fjura sabiħa u b’saħħitha, aħna wkoll għandna bżonn l-imħabba ta’ min jieħu ħsiebna. 2. Iż-żerriegħa trid tbati biex issir pjanta sabiħa. 3. Ġesu miet u qam.

How To Carry Out This Lesson At Home:

1. Ibda billi tara l-video Peep Plants A Seed.
2. Imbagħad wieġeb dawn il-mistoqsijiet fuq karta: Ta’ xiex kienet iż-żerriegħa? X’kienet se ssir iż-żerriegħa la tikber? Għaliex fil-bidu ma reditx tikbirlu lil Peep? Barra l-ħamrija, x’kellha bżonn iż-żerriegħa biex tikber?
3. Issa aqra dan li ġej: Fil-bidu, Peep u sħabu l-għasafar bdew jaqtgħu qalbhom għax ma rawx iż-żerriegħa tikber. Huma kellhom jistennew u ma jaqtgħux qalbhom. Peep ħa grazzja mal-warda tax-xemx u kull filgħodu kien imur ħdejha.
4. Issa aħseb ftit: Biex il-warda tax-xemx tikber, kellha bżonn il-ħamrija, l-ilma u d-dawl. Aħna wkoll biex nikbru għandna bżonn l-imħabba ta’ dawk li jieħdu ħsiebna. biex nikbru.
5. Aħseb ukoll: Meta ż-żerriegħa bdiet tikber, Peep ma baqax jieħu ħsieb iż-żerriegħa waħdu. Ġew l-għasafar l-oħra biex jgħinuh.
6. Aqra wkoll u aħseb. Tista’ wkoll tiddiskuti ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek: Iż-żerriegħa, biex tagħti l-frott kellha bżonn li tgħaddi mit-tbatija.
7. Aħseb ftit: Min għadda mit-tbatija u miet? Dan kien Ġesù.
8. Issa ħares lejn il-worksheet. Aqra l-paragrafu tal-bidu.
9. Imbagħad qabbel il-kolonni ma’ xulxin. Fuq in-naħa tal-lemin għandek kif tikber iż-żerriegħa u fuq in-naħa l-oħra għandek kif nikbru aħna. Qabilhom ma’ xulxin.
10. Aħdem l-eżerċizzju li jmissek, billi tagħżel il-kelma t-tajba.
11. Imbagħad aqra s-sentenza tal-aħħar eżerċizzju u ikteb wara li tiddiskuti ftit ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek.