

Joanne Camilleri

November 17, 2020

1:09 pm
This Lesson Was Contributed By:
Joanne Camilleri
This Lesson is For:
Lesson Duration:
40 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
Fi tmiem din il-lezzjoni se nkun kapaċi nagħraf il-ħsieb tal-poeżija u l-metafora ċentrali.
How To Carry Out This Lesson At Home:
Introduzzjoni: Ftakar ftit fuq esperjenzi differenti li għaddejt minnhom f’ħajtek? Niżżilhom fuq karta.
1. Ara l-filmat marbut mal-poeżija “Matul is-Snin tal-Ħajja” ta’ Ġużè Chetcuti.
2. X’juża l-poeta biex jiddeskrivi l-esperjenzi differenti tal-ħajja? Biex tifhem iktar niżżel il-karti tat-taħriġ. Qasqas l-istampi (p.4) u wara li terġa’ taqra l-poeżija qabbel l-istampi ma’ kull strofa.
3. Issa aħdem taħriġ B billi timla l-vojt bi kliem mill-kaxxa (p.2).
4. Agħmel reviżjoni tal-metrika billi tanalizza:
– l-istrofi (kemm hemm versi? X’jissejħu?)
– il-versi (kemm hemm sillabi f’kull vers? X’jissejħu?)
– ir-rima (immarka b’kulur l-kliem li jirrima f’kull strofa fuq p.1)
5. Aħdem taħriġ Ċ billi twieġeb il-mistoqsijiet (p.3)
Konklużjoni: Erġa’ aqra l-poeżija u wara ċċekkja t-tweġibiet tiegħek.