

Carlston Grima

April 21, 2020

2:47 pm
This Lesson Was Contributed By:
Carlston Grima
This Lesson is For:
Lesson Duration:
45 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
L-istudenti se jħaddmu l-memorja awditorja. Fi tmiem il-lezzjoni l-istudenti se jipprattikaw iħaddmu l-memorja sabiex wara jirrispondu xi mistoqsijiet dwar it-test.
How To Carry Out This Lesson At Home:
L-introduzzjoni: L-istudenti jidħlu fil-klassi, jinġabru f’posthom u joħorġu dak li huwa mitlub għal-lezzjoni.
L-1el pass Niftaħ il-lezzjoni billi lill-istudenti nistaqsihom:
• Meta toħorġu tieklu xi tħobbu tieklu l-aktar?
• Tħobbuha l-pizza?
• Liema tip l-aktar li tħobbu u għalfejn?
• Qatt rajtu lil xi ħadd jagħmilha, tafu kif issir?
It-2ni pass Inqassam lill-istudenti f’erba’ gruppi u naqralhom parti minn programm. Hawn se jkun hemm Ray, il-preżentatur tal-programm, Valerie l-koka u semmiegħ.
It-3et pass Inqassmilhom karta bid-domandi u wara flimkien naqraw il-mistoqsijiet ta’ sezzjoni (a).
Ir-4a pass Nerġa’ naqralhom is-silta mill-programm għat-tieni darba fejn wara huma mitluba sabiex jirrispondu l-mistoqsijiet ta’ sezzjoni (a).
Il-5es pass Nagħtihom xi ftit minuti ċans biex jagħmluhom u sadanittant jien noqgħod indur mal-gruppi u nara liema wieħed miexi l-aktar.
Is-6t pass Kif ilestu nikkoreġuhom u wara nerġa’ naqralhom is-silta għat-tielet darba.
Is-7a pass Naqraw il-mistoqsijiet ta’ sezzjoni (b) u fuq il-wajtbord inwaħħal xi flexxkards.
It-8n pass Nispjegalhom li dawk il-flexxkards li hemm fuq il-wajtbord huma t-tweġiba tal-ewwel mistoqsija ta’ sezzjoni (b) iżda ngħidilhom li huma mitluba sabiex dawn jagħmluhom wara xulxin.
Id-9a pass Nerġa’ naqralhom is-silta għar-raba’ darba u ngħidilhom li din id-darba jistgħu jieħdu xi punti żgħar.
L-10ar pass Ngħidilhom sabiex jirrispondu l-mistoqsijiet ta’ sezzjoni (b) u wara nikkoreġuhom flimkien.
L-Għeluq: Nistaqsi lill-istudenti din il-mistoqsija u wara naqralhom poeżija qasira.
• Jekk nagħtikom għaġina tal-pizza lesta intom bl-liema ingredjenti tħawruha?
“Kull meta jkun hemm xi okkażjoni
Aħna nagħmlu xi lezzjoni.
F’din il-lezzjoni tat-tisjir
Kulħadd ikun ferħan se jtir.
Pizez ta’ kull tip għamilna għall-ikla tal-Milied
U daqs kemm kilna kulħadd fil-piż żdied.
Prinjolata fil-Karnival
Tassew ikel tajjeb għat-tfal.
X’ħin inlestu, it-tindif –
Naħslu u nerfgħu, kollox nadif.
Naturalment irridu nduquhom
U tassew fil-pront nikluhom.
Dawn ikunu tajbin tassew ,
Tgħidx kemm naqbżu u nogħlew!”