What Should You Expect From This Lesson?

L-istudeni jsiru midħla tal-Istorja ta’ Ġużeppi u jifhmu x’għamel Ġużeppi biex ħafer. Jagħrfu kif, bħal Ġużeppi, dejjem irridu nkunu lesti li naħfru u nħobbu lil xulxin

How To Carry Out This Lesson At Home:

L-ewwel pass
L-istudenti jaraw l-lezzjoni l-ewwel stampa meħuda mill-PPT li tinkludi l-istorja ta’ Ġużeppi u ħutu.
It-tieni pass
Jaqra t-titlu tal-istorja u jirriflettu dwar xiex jaħsbu li se tkun l-istorja.
It-tielet pass.
Jaraw il-PPT presentation L-istudent jifhem kif l-aħwa ta’ Ġużeppi kienu jgħiru għalih, tant li kienu kattivi ħafna miegħu iżda minkejja dan kollu, Ġużeppi xorta għenhom u ħafrilhom.
Ir-raba’ pass
L-istudenti jaħdmu l-Karta ta’ Taħriġ 3.5(mehmuża mar-riżorsi)
L-studenti iridu jpinġu l-kaxxi msemmija u wara li tinqara l-kelma, it-tfal ipinġu l-istorja
Il-ħames pass
L-istudenti jirriflettu fuq x’kienu jagħmlu huma li kieku kienu minflok Ġużeppi.
Is-sitt pass
L-istudenti jifhmu li għandna nkunu bħal Ġużeppi, dejjem lesti li naħfru u nħobbu lil xulxin bħal aħwa.
Is-seba’ pass.
L-istudenti jaqraw u jifhmu dawn il-punti:
1. Ħut Ġużeppi ma kinux iħobbu lil ħuhom u għalhekk għamlulu l-ħsara.
2. Kienu kattivi miegħu tant li bigħuh lil xi nies.
3. Hu baqa’ jħobbhom tant li ħafrilhom.
4. Bħal Ġużeppi jridu jkunu dejjem lesti li jaħfru u jħobbu lil xulxin.
5. Biex ikunu kapaċi jaħfru jridu jbatu.
6. Juru li huma tassew aħwa meta jaħfru lil xulxin minn qalbhom.