

Antoinette Laferla

April 23, 2020

2:29 pm
This Lesson Was Contributed By:
Antoinette Laferla
This Lesson is For:
Lesson Duration:
30 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
L-istudenti jagħrfu li aħna sirna wlied Alla u parti mill-familja kbira ta’ dawk li jemmnu f’Alla permezz tal-magħmudija. Jiġu konxji ukoll li aħna tfal t’Alla u aħwa ta’ xulxin.
How To Carry Out This Lesson At Home:
L-ewwel pass
L-istudenti jaraw stampi ta’trabi upersuni qed jitgħammdu, Jifhmu kif dawk l-istampi jfakkru l-mument meta t-trabi / persuni ta’ etajiet differenti rċevew is-sagrament tal-magħmudija u saru parti mill-familja t’Alla.
It-tieni pass
Jaraw stampa ta’ familja flimkien mal-ulied. L-istudenti jifhmu li permezz tal-magħmudija aħna nsiru wlied Alla, (bħal ma ġo familija l-ulied huma aħwa), hekk aħna nsiru aħwa ta’ xulxin.
It-tielet pass
Jkomplu jaraw l-istampi li jkun baqa’ tal-powerpoint (mehmuż mar-riżorsi) Punti li għandhom joħorġu huma – li Kristu hu ħuna – li n-nies tad-dinja kollha huma min huma, huma aħwa tagħna – hi x’inhi l-kulur tal-ġilda u l-pajjiż, aħna xorta lkoll aħwa.
Ir-raba’ pass
Jaraw vidjow klipp
Il-Ħames pass.
Jaħdmu karta ta’ taħriġ 3.1
Is-sitt pass
Jaraw vidjow klipp dwar il-magħmudija https://www.youtube.com/watch?v=05YB2jdHLsY
L-istudenti jaraw li permezz ta’ dan is-sagrament, kulħadd isir parti mill-familja t’Alla … kulħadd isir iben/bint Alla….
Konklużjoni
Bħala konklużjoni l-istudenti jifhmu dawn it-tliet punti:
1. Aħna sirna parti mil-familja t’Alla meta ħadna l-magħmudija.
2. Aħna aħwa ta’ xulxin għax Alla hu Missierna.
3. Ġesu huwa wkoll ħuna.