What Should You Expect From This Lesson?

Jitkellmu dwar l-esperjenzi tagħhom fil-gruppi differenti li jkunu fihom u jagħrfu d-differenza bejn tim u grupp. Jifhmu wkoll x’tagħmel komunità.

How To Carry Out This Lesson At Home:

L-ewwel pass
Jaraw preżentazzjoni bi stampi ta’ gruppi differenti ta’ nies.
It-tieni pass
L-istudenti janalizzaw jekk qatx iffurmawx parti minn xi gruppi differenti (bħal duttrina, Scouts, sport, eċċ) Jiftakru fuq l-esperjenzi tagħhom f’dawn il-gruppi billi jsemmu xi affarijiet li jagħmlu flimkien u xi attivitajiet li ġieli kellhom. Jaħsbu wkoll fuq dawk id-drabi li forsi ġieli l-membri tal-grupp ma qablux bejniethom u jgħidu x’kienu l-konsegwenzi jew x’għamlu biex laħqu ftehim bejniethom.
It-tieni pass
Janalizzaw bejn il-kelma “tim” u “grupp”.
Grupp huwa numru ta’ nies li normalment ikollhom l-istess interessi (bħal: sport, drama, mużika, eċċ) filwaqt li tim hu grupp ta’ nies li jaħdmu flimkien biex il-grupp jimxi tajjeb. Ibda billi tagħti eżempju konkret, bħal xi tim tal-futbol (jekk il-plejers jiddeċiedu li ma jqassmux il-ballun lil xulxin ma jkunux qegħdin jaħdmu għall-ġid tal-grupp). L-istess fil-klassi – jekk l-istudenti jingħataw l-irwoli tagħhom mingħand l-għalliema u dawn jinjorawhom, jew itellfu lil tfal oħra milli jitgħallmu, il-grupp ma jistax jissejjaħ tim.
It-tielet pass
Jkomplu jaraw il-preżentazzjoni billi tibda mill-ewwel stampa.
Ir-raba’ pass
Jifhmu aħjar il-kelma “komunità” https://www.youtube.com/watch?v=68KKpn_6tFE
Fil-parroċċa kulħadd għandu l-irwoli tiegħu (eż. qassisin, katekisti, familji, ċentri taż-żgħażagħ). Jifhmu kemm hu importanti li kulħadd jaqdi dmiru tajjeb biex il-komunità tiffunzjona tajjeb. Komunità oħra hi l-iskola (l-għalliema, l-istudenti u l-purtinari jagħmlu dmirhom tajjeb biex l-iskola taħdem bħala tim wieħed).
Il-ħames pass
Jiftħu il-Ktieb tal-Attivitajiet 8.1 u wara li jaqraw s-silta mogħtija jaħdmu Attività A
Jaħdmu ukoll Attività B u Attività C

Konklużjoni
Jaraw vidjow klipp
https://www.youtube.com/watch?v=lGC0zxgRNJQ