
Antoinette Laferla

April 21, 2020

2:50 pm
This Lesson Was Contributed By:
Antoinette Laferla
This Lesson is For:
Lesson Duration:
30 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
L-istudenti jitgħallmu li l-Vġili tal-Għid huma l-qofol taċ-ċelebrazzjoni tal-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesù.
How To Carry Out This Lesson At Home:
L-ewwel pass
L- istudenti jaraw powerpoint slide bil-kelma ‘ċelebrazzjoni’ – għandu jiġi f’moħħhom, festa – ferħ – għaqda – ikel, eċċ.
It-tieni pass
L- istudenti jaraw powerpoint slide bil-kelma ‘Vġili’
L-istudenti jifhmu li din ukoll hija forma ta’ ċelebrazzjoni li ssir f’Sibt il-Għid tard fil-għaxija. Din iċ-ċelebrazzjoni tikkonsisti f’quddiesa biex tfakkar il-qawmien ta’ Ġesù mill-mewt. Ikun hemm quddiesa oħra tal-jum f’Ħadd il-Għid. (Ara nota addizzjonali).
It-tielet pass
L-istudenti jaraw vidjow Klipp Easter Vigil Short Documentary https://www.youtube.com/watch?v=k2ov5GZCqN0 li jagħti informazzjoni dwar il-Vġili.
Ir-raba’ pass
L-istudent jifhem kif is-sagrament tal-Magħmudija huwa marbut mal-Għid. (Ara noti addizzjonali)
Il-ħames pass
Jaqraq l-Evanġelju tal-Ħadd tal-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej. (San Mattew 3:13-17 – Ara noti addizzjonali) u jfhmu għaliex il-qassis jilbes l-abjad. (l-abjad huwa simbolu tal-ferħ – tad-dawl – tas-safa – tal-glorja – tar-rebħ)
Is-sitt pass
Jaqra s-silta fl-introduzzjoni tal-Ktieb tal-Attivitajiet 8.4.
Is-seba’ pass
L-istudent jaħdem tal-Attività AĦSEB U AĦDEM. Xi tweġibiet jistgħu jkunu:
Xi kultant min iweġġa’ lil bniedem ieħor ma jinqabadx, min hu innoċċenti qed ibati – imma mill-banda l-oħra nsibu ħafna nies iħallu kollox biex imorru jgħinu fil-missjonijiet/ ġbir li jsir għal min għandu bżonn, l-għajnuna li nagħtu lil xulxin allavolja nbatu……..
L-student jikteb talba addattata
All The Resources You Need To Carry Out This Lesson At Home

There Are 7 Resources For This Lesson
download-1 | Download |
8.4-Aqra-1-1 | Download |
8.4-Aqra-2-1 | Download |
8.4-Staqsi-1-1 | Download |
8.4-Staqsi-2-1 | Download |
8.4-Ahseb-u-Ahdem-1 | Download |
Noti-addizzjonali-bC4A7ala-gC4A7ajnuna-gC4A7all-1 | Download |