What Should You Expect From This Lesson?

Jagħrfu kif iridu juru commitment fil-ħajja tagħhom b’eżempji. Jifhmu kif għandhom ukoll juru commitment lejn Alla.

How To Carry Out This Lesson At Home:

L-ewwel pass
L-studenti jirriflettu fuq il-kelma mħabba.
It-tieni pass
Jiktbu l-frażi ta’ veru mal-kelma Imħabba u jerġgħu jirriflettu fuq it-titlu kollu. L-istudenti jagħtu eżempji ta’ imħabba vera.
It-tielet pass
Jiftaħ il-Ktieb tal-Attivitajiet-mehmuża mar-riżorsi
Spjega-Ġesù hawnhekk baqà leali lejn dak li kellu jagħmel. Kien committed. L-istudent jitkeb tliet sitwazzjonijiet oħra li bihom ikunu qegħdin juru commitment lejn ħaddieħor u lejn Alla. Jifhmu li meta ma nkunux committed inweġġgħu lill-oħrajn u lil Ġesù.
Ir-raba’ pass
Jirreferu għal Attività A – mehmuża mar-riżorsi. Iniżżlu 4 affarijiet li jistgħu jweġġgħu lil Ġesù. L-istudent jiftakar li fit-tbatija ta’ Ġesù kien hemm il-Madonna.
Il-Ħames pass
Jaħdmu Attività B (1) It-tbatija li kellha l-Madonna bħal per eżempju: il-mod kif sawtuh, li kien innoċenti, it-tgħajjir tan-nies.
Jagħmlu Attività B (2). Jaqraw is-silta mogħtija. It-tweġibiet huma: A) malli jmut kien ħa jmur il-ġenna b) Jien ħfirtlek tassew c) jien irrid li intom ukoll tiġu l-ġenna miegħi. Kunu bil-għaqal u fejn tagħmlu l-ħażin, itolbu maħfra bil-verita u ninsa kollox.
Is-sitt pass
Jaqraw Attività C u hekk jifhmu il-leġġenda tal-pitirross – kemm hu sabih li wieħed jagħder u jaħfer.
Konklużżjoni
Ikantaw il-kunzunetta