What Should You Expect From This Lesson?

Jagħrfu x’għamel Kristu sa ma wasal sa fuq is-salib. Jagħrfu l-importanza tal-maħfra.

How To Carry Out This Lesson At Home:

L-ewwel pass
L-istudenti jaraw stampi differenti ta’ diversi slaleb (salib fi knisja, salib bħala ġojjellerija li tintlibes, salib bħala key-chain, eċċ) -mehmuża mar-riżorsi
It-tieni pass
Jirriflettu: “X’inhi l-ewwel ħaġa li tidħlilkom f’raskom meta taraw salib?”
It-tielet pass
L-istudenti jifhmu li darba, waqt li Ġesù kien mal-appostli qalilhom li kien se jgħaddi minn tbatija, jiġi msallab fuq salib, iżda wara tlett ijiem jerġa’ jqum.
Ir-raba’ pass
Jaraw vidjo klipp – https://m.youtube.com/watch?v=n_M3mBduIMY
Il-ħames pass
L-istudenti jifhmu li darba oħra Ġesù qal lill-folla li min ried jimxi warajh, kellu jerfa’ salibu u jimxi warajh.
L-istudenti jifhmu li Ġesù kien lest joffri ħajtu stess biex jeħlisna mid-dnub. U dan ifisser li jekk aħna tassew inħobbu lil Ġesù, għandna nkunu lesti nerfgħu s-salib tagħna.
Jirriflettu x’jista’ jkun is-salib tagħna fil-ħajja ta’ kuljum (is-salib tagħna huwa kull ċirkostanza diffiċli li niltaqgħu magħha fil-ħajja ta’ kuljum).
Konklużjoni
• Spiċċa billi ssemma’ l-kanzunetta mogħtija.