What Should You Expect From This Lesson?

Jesperjenzaw ir-realtà fil-ħajja ta’ Pietru u Ġuda. Jifhmu l-importanza li wieħed jagħraf l-iżbalji tiegħu u jkompli miexi.

How To Carry Out This Lesson At Home:

L-ewwel pass
L-istudenti jirriflettu fuq min kienu Pietru u Ġuda.
It-tieni pass
L-istudenti jaraw żewġ vidjo Klipps wieħed dwar Ġuda u l-ieħor dwar Pietru.
https://m.youtube.com/watch?v=yPwKZ3CRPKM
https://m.youtube.com/watch?v=Ppb9bKX1r7k
It-tielet pass
Jirriflettu fuq iż-żewġ video klipps
Ir-raba’ passTinqara mill-Bibbja (Mattew 26: 47-56, 69-75, 27: 1-10) it-tradiment ta’ Ġuda u ċ-ċaħda ta’ Pietru.
Il-Ħames pass
L-istudenti jirriflettu u jaħdmu fuq dawn il-mistoqsijiet.
• Kif ħassu Pietru meta ċaħad lil Ġesù?
• Kif taħseb li ħassu Pietru hekk kif sema’ s-serduk jidden?
• Kif taħseb li ħassu Ġesù hekk kif sema’ s-serduk jidden?
• Kif ħassu Ġuda hekk kif induna bl-iżball tiegħu?
• Kif taħseb li ħassu Ġesù li kien jaf li Ġuda kellu jittradieh?
Is-sitt pass
• Jinfetaħ il-Ktieb tal-Attivitajiet 7.5 (mehmuż mar-riżorsi) u wara li jaqraw is-silta mogħtija, tinħadem Attività A.
• a) tweġibiet: tnax – qassisin – idejkom – tletin – ħin
• b) ma kienx jemmen li Ġesù kien iħobbu – ried lil Ġesù jkun re tad-dinja.
Is-seba’ pass
Tinħadem Attività B
a) Pietru – bitħa – mara – ċaħad;
b) Kien jemmen li Ġesù jħobbu tassew – jemmen fil-maħfra ta’ Ġesù – lil Ġesù hu kien iħobbu u kien lest li jmur u jitolbu maħfra.
It-tmien pass
Jaqraw Attività C u l-istorja mogħtija u anke l-mistoqsijiet. Fakkar li mhux sew li ngħidu fuq l-oħrajn ħbieb jew mhumiex. Inweġġgħu bil-kbir meta jiġri hekk, imma għandna xorta niskużaw lil dak li jkun u wara li niddiskutu mal-persuna biex naraw għalfejn sar hekk, naħfru.
Id-disa’ pass
Jaqraw il-punti saljenti (mehmuża mar-rizorsi)
Konklużjoni
Bħala ċelebrazzjoni, ikantaw flimkien il-kanzunetta ‘Stand Up, Stand Up for Jesus’.