

Kathleen Bonello

April 27, 2020

3:14 pm
This Lesson Was Contributed By:
Kathleen Bonello
This Lesson is For:
Lesson Duration:
45 mins.
What Should You Expect From This Lesson?
F’din il-lezzjoni ser naraw l-esperjenza ta’ Ġesù qabel ma beda t-triq tal-Kalvarju. Ħa niltaqgħu ma’ żewġ personaġġi – Pilatu u Erodi. Pilatu kien il-gverntur li kkundanna lil Ġesù għall-mewt u Erodi kien re li għalkemm kien jaf li ma kienx qiegħed jgħix ħajja tajba imma kien iħobb jisma’ lil Ġesù.
How To Carry Out This Lesson At Home:
1. Ħaġa tajba li tibda l-lezzjoni billi trodd is-salib ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek.
2. Ipprova ftakar xi ħaġa mil-lezzjoni ta’ qabel u ddiskuti ma’ min qiegħed jieħu ħsiebek.
3. Tista’ titkellem dwar li:
– Ġuda ttradieh meta kien wieħed minn ħbiebu u li
– Pietru qal li ma jafux lil Ġesù meta kien ftaħar li ma kien ser jitilqu qatt.
4. Issa ftakar li Ġesù, qabel ma tela’ l-Kalvarju għamel ikla speċjali mal-Appostli tiegħu li fiha waqqaf (beda) s-Sagrament tal-Ewkaristija. Wara l-ikel hu mar magħhom fil-Ġnien taż-Żebbuġ biex jitlob. Kien minn hawn li ġie maqbud mis-suldati u meħud għall-mewt.
5. Aqra: Wieħed mill-kapijiet li Ġesù kellu jittieħed għandu kien Kajfa. Dan Kajfa kien persuna importanti f’dak iż-żmien. Kienu jsejħulu l-Qassis il-kbir. Hu staqsa lil Ġesu jekk kienx l-Iben t’Alla u meta Ġesù wieġeb li iva, kien hemm suldat li tah daqqa ġo wiċċi. U Ġesu qallu: “Jekk qed ngħid is-sewwa għaliex issawwatni?”
6. Issa ara wieħed minn dawn il-videos jew it-tnejn li huma: The trial of Jesus jew Jesus, Pilate & Barabbas.
7. Ara tiftakarx:
– Għaliex Ġesù mar għand Kajfa?
– Min kien Kajfa?
– Għand min bagħtu Kajfa lil Ġesù?
8. Issa kompli aqra: Wara Kajfa, lil Ġesù ħaduh għand Pilatu li kien il-gvernatur ta’ dak iż-żmien li kien hu li kkundannah għall-mewt. Hu kien jagħmel minn kollox biex jogħġob lir-Rumani. Lil Ġesù xtaq jeħilsu imma beża’ mil-Lhud. Imbagħad, lil Ġesù ħaduh għand Erodu li kien ir-re ta’ dak iż-żmien. Dan kien iħobb jagħmel ħafna festi u kien ukoll joqgħod attent għal dak li kien jgħid Ġwanni l-Battista. Hu u Pilatu ma kienux ħbieb. Imma dakinhar, saru ħbieb.
9. Issa ħu f’idejk il-worksheet 7.6 u aqra l-ewwel sentenza.
10. F’Attivita 1, ma’ min jieħu ħsiebek iddiskuti ħalli tkun tista’ timmarka l-kelma t tajba.
11. Għal Attività 2, mill-informazzjoni li għandek u li taf s’issa tista’ taħdimha waħdek.
12. F’Attività 3, aħseb kemm hu sew nifhmu li l-verità għandna ngħiduha dejjem ghax din iġġib fina ħafna paċi. La hi daqshekk importanti x’taħseb li għandek tgħidlu lil Ġesu biex tkun kapaċi tgħid dejjem il-verità.
13. Tista’ tgħid din it-talba: Mulej Ġesù, għallimni biex nifhem li fil-ħajja mhux dejjem jiġri dak kollu li nixtieq jien, u naċċetta bir-rieda tajba dak kollu li ngħaddi minnu.