What Should You Expect From This Lesson?

Matul dan il-ħin ta’ tagħlim, il-parteċipanti huma mistiedna jaħsbu u jsemmu lil xi ħadd li jafu u li jinsab ma jiflaħx. Hekk kif jiżviluppaw is-sens ta’ empatija, il-parteċipanti ser ikunu mitluba jiddeskrivu kif huma stess jistgħu jħossuhom kieku kellhom ikunu minflok dik il-persuna marida. Dan imbagħad iwassalhom biex jaħsbu dwar modi ta’ kif jistgħu jkunu ta’ sapport għal din il-persuna, u li mod minnhom ikun billi jitolbu għaliha u għall-bżonnijiet tagħha f’dan il-mument li tinsab fih.

How To Carry Out This Lesson At Home:

Ir-riżorsi li għandek bżonn għal din il-lezzjoni flimkien ma’ riżorsi oħra provduti bħala pdfs f’din il-paġna huma:

  • Band-aid jew plasters
  • Ġugarelli
  • Biro jew kuluri
  1. Ibda billi tieħu l-ħin u tkanta ma’ din il-kanzunetta.
    Time For Your Check Up / Stretch and Flex” Song | Doc McStuffins | Disney Junior Uk
  2. Tista’ taħseb f’meta kellek tmur għand it-tabib bħal dan il-ġugarell li kellu jmur għand Doc Mc Stuffins?
    Kif ħassejtek?
    Normalment, aħna mmorru għand it-tabib meta nħossuna ma nifilħux.
  3. Xi kultant, il-mard jgħaddi malajr, imma hemm drabi oħra fejn il-fejqan jieħu aktar żmien jew fejn it-tobba għadhom qegħdin isibu l-kura.
  4. Ħu ftit ħin biex taħseb f’xi ħadd li taf inti u li jinsab ma jiflaħx. Jista’ jkun ħabib, membru tal-familja jew xi ħadd li joqgħod ħdejk.
  5. Uża l-immaġinazzjoni tiegħek u ipprova immaġina lilek innifsek minflok dik il-persuna.
    Kif taħseb li tħossok?
    Kieku x’taħseb li vera tkun tixtieq, apparti milli tfiq malajr? Xi persuni morda jkunu jixtiequ li jħossuhom maħbuba hekk kif inhuma, oħrajn jkunu jixtiequ lil dawk ta’ madwarhom ikunu aktar paċenzjużi magħhom u jifhmuhom aktar. Oħrajn ikunu jixtiequ li jerġgħu jsibu t-tama filwaqt li xi wħud ikunu jixtiequ li l-ħbieb jew xi familjari jċemplulhom permezz ta’ video call jew imorru jżuruhom aktar spiss.
  6. Bl-għajnuna ta’ adult ġib fabric plaster u fuqha ikteb l-isem tal-persuna li bħalissa tinsab ma tiflaħx.
  7. Issa, żomm b’għożża kbira f’idejk l-isem li ktibt fuq il-fabric plaster.
  8. Agħlaq għajnejk u għid talba f’qalbek għal din il-persuna. Waqt li titlob biex din il-persuna tfiq malajr, tista’ wkoll titlob lil Alla jagħtiha dak li int taħseb li tixtieq.
    Eżempju:- Għażiż Alla, nitlob għal __________________ mhux biss għall-fejqan mill- _________________imma wkoll nitolbok tgħinha tagħraf li hi maħbuba.
  9. Issa waħħal il-plaster ma’ wieħed mill-ġugarelli favoriti tiegħek biex tfakkrek:
    a)  Fil-persuna marida.
    b)  Biex iċċemplilha u tgħaddi ħin ta’ kwalita magħha jew miegħu.
    c)  Biex titlob għax-xewqat u għall-bżonnijiet ta’ din il-persuna.

Il-vidjo bl-isem: Jalla Tfiq Malajr jista’ jiggwidak matul dawn il-passi.

Leave a Comment